Vita-Mix 101807 사용자 설명서

다운로드
페이지 96
79
1. Poġġi l-likwidi u ikel artab fil-kontenitur l-ewwel, u oġġetti solidi u silġ
l-aħħar. Għalkemm mhux meħtieġ għall-ipproċessar, jista' jkun li tkun
tixtieq tqatta' l-ikel f'biċċiet iżgħar għal kejl iktar preċiż ta' l-ingredjenti.
Frott maħlul jew parzjalment maħlul mis-silġ hu rakkomandat.
Il-veloċità HIGH (jew l-ogħla buttuna fuq il-mudelli b'kontrolli
elettroniċi) hi rakkomandata għal taħlit qawwi.
2. Poġġi l-kontenitur fuq il-bażi tal-mutur billi tallinjah fuq is-centering pad
ankrat mal-bażi. (Il-mutur għandu jitwaqqaf kompletament qabel
tpoġġi l-kontenitur f'postu.) Il-kontejners m'għandhomx jintużaw
għal materjali iebsin u xotti. Evita li tħaddem il-magna bil-kontenitur
vojt.
3. Dejjem għandek tħaddem il-magna bl-għatu ta' żewġ biċċiet komplet
imsakkar f'postu (ħlief jekk l-accelerator tool/tamper tiddaħħal minn
ġol-għatu, jew għal applikazzjonijiet tal-PBS, meta l-isplash guard tkun
f'postha). Jekk tkun qed tħallat ingredjenti jaħarqu, l-għatu jrid
jissakkar f'postu b'mod sigur. Meta tkun qed tipproċessa likwidi
jaħarqu, TUŻAX għatu non-latching jew ta' bicċa waħda.
4. Agħżel is-settings mixtieqa tat-timer jew il-programm tal-pre-set
blending. Għal magni b'veloċità varjabbli jew b'kontrolli HIGH/LOW,
agħżel il-veloċità mixtieqa. Il-biċċa l-kbira ta' l-ikel jitħallat fuq
il-veloċità HIGH. Ibda ikel tqil jew oħxon fuq veloċità baxxa jew
varjabbli, imbagħad aqleb fuq veloċità HIGH ġaladarba jkun beda l-
ipproċessar tat-taħlita. Taħlitiet jaħarqu u kontenituri mimlijin ħafna
għandhom jinbdew fuq veloċità LOW jew VARIABLE, u mbagħad
għandek taqleb fuq veloċità HIGH.
4a. Jekk it-taħlita tieqaf tiċċirkola, x'aktarx li tkun qbadt bużżieqa ta'
l-arja. Għandek jew iddaħħal l-accelerator tool/tamper (li tinbiegħ
separatament għal xi mudelli) minn ġol-għatu waqt li tkun tħallat,
jew twaqqaf il-mutur, tneħħi l-kontenitur mill-bażi u tħawwad jew
tiġbor it-taħlita mill-ġnub tal-kontenitur għan-nofs tiegħu, billi tuża
spatula tal-lastku biex tagħfas kwalunkwe bżieżaq ta' arja lilhemm
mix-xfafar. Poġġi l-għatu f'postu u kompli ħallat.
4b. Minħabba l-veloċità tat-taħlit tal-magna, il-ħin ta' l-ipproċessar
jitnaqqas ħafna milli minn dak ta' magni ta' manifatturi oħrajn.
Sakemm tidra l-veloċità, oqgħod attent/a għat-taħlita biex tevita
taħlit eċċessiv.
5. Wara li l-blender ikun waqaf, stenna sakemm ix-xafra tkun waqfet
kompletament qabel ma tneħħi l-għatu u/jew il-kontenitur
mill-bażi tal-mutur.
6. Neħħi l-kontenitur, ferra', ipprepara/żejjen u servi x-xarba.
7. Itfi l-magna (OFF) u/jew aqla' l-plagg tal-magna bil-lejl jew kull meta
l-magna tkun ser titħalla waħidha.
Tipps dwar il-Manutenzjoni:
• QATT m'għandek tħabbat il-kontenitur ma' xi wiċċ biex taqla'
l-ingredjenti. Neħħi l-kontenitur minn fuq il-bażi u uża spatula tal-lastku
biex tneħħi taħlitiet ħoxnin mill-qiegħ tal-kontenitur.
• QATT m'għandek iċċaqlaq jew ittektek fuq il-kontenitur waqt li dan ikun
qed jintuża.
• QATT m'għandek tneħħi l-kontenitur qabel ma l-magna tkun waqfet
għal kollox.
• QATT m'għandek tqabbad il-mutur qabel ma l-kontenitur ikun f'postu.
Struzzjonijiet Addizzjonali għall-Portion Blending
System(PBS) Ice Bin
1. TIMLIEX l-ice bin fl-livell ogħla mix-xifer ta' l-ice bin.
2. Aċċerta ruħek li l-għatu ta' l-ice bin ikun f'postu kif suppost qabel ma
tħaddem il-magna.
3. TPOĠĠIX oġġetti fuq il-kontenitur jew tmiss il-kontenitur waqt li l-
magna tkun qed taħdem. Dan ser jaffettwa l-kontroll tal-porzjon tas-
silġ.
4. Uża silġ minn magna li tagħmel is-silġ, għax dan it-tip ta' silġ jaħdem
l-aħjar fil-PBS. Il-forma u d-daqs tal-kubu tas-silġ jista' jaffettwa l-
operat tal-magna. Iktar ma s-silġ ikun kiesaħ, xott u iebes, iktar ir-
riżultati tat-taħlita ser ikunu aħjar. TUŻAX blokki tas-silġ jew biċċiet
kbar ta' kubi ta' silġ li ma jkunx isseparat. Evita li tuża silġ tal-boroż li
jkun maħżun fil-friża f'temperaturi estremament baxxi. L-użu ta' dan it-
tip ta' silġ jista' jirriżulta fl-iffriżar tax-shaver. Meta jkollok tuża silġ tal-
boroż, dan għandu jinħażen f'kontenitur għas-silġ għal mill-inqas
siegħa qabel l-użu.
TWISSIJA:
Jekk tosserva xi bidla fil-ħoss tal-magna jew jekk xi oġġett iebes jew
barrani jmiss max-xfafar, ISSERVIX ix-xorb/ikel Eżamina l-immuntar
tax-xafra għal partijiet maħlulin, maqsumin jew neqsin. Jekk xi partijiet
ikunu maħlulin, nieqsa jew maqsuma, ibdlu ma' immuntar ġdid tax-xafra.
(Ara il-Manwal dettaljat tal-blender dwar l-Użu u Kif Tieħu Ħsiebu online
għal iktar dettalji.)
NOTI IMPORTANTI!
Għal mudelli b'kontrolli elettroniċi: Fuq l-unitajiet kollha, il-built-in
thermal protector iżomm rekord tat-temperatura tal-mutur u ser iwissi
lill-utent u eventwalment jitfi l-mutur jekk il-mutur ikun qed jisħon iżżejjed.
Meta jkun saħan iżżejjed, id-displej ser tgħid lill-utent biex ineħħi
l-kontenitur u jħaddem il-magna sakemm tiksaħ. Dan jieħu madwar żewġ
minuti. Meta t-thermal protector jitfi l-mutur, eżamina mill-ġdid il-metodi li
bihom tipproċessa u l-istruzzjonijiet. Ir-riċetti tiegħek jistgħu jkunu ħoxnin
wisq jew ikun fihom materjal eċċessiv. Ikkunsidra li żżid iktar likwidu jew
li tittestja programm ieħor.
Għal mudelli bi pre-set programming dials jew swiċċijiet: It-thermal
protector jista' jifti l-mutur biex jipproteġih minn sħana eċċessiva. Biex
tqabbdu mill-ġdid, stenna l-mutur jiksaħ, bil-provvista tad-dawl mitfija (sa
45 minuta). It-tkessiħ jista' jitħaffef billi tpoġġi l-bażi tal-mutur f'post frisk.
L-ewwel għandek taqla' l-plagg. Biex tħaffef il-proċess, ipprova ċċirkola
l-arja b'vacuum jew b'fann li jkun iħares lejn il-qiegħ tal-bażi. Meta
t-thermal protector jitfi l-mutur, eżamina mill-ġdid il-metodi li bihom
tipproċessa u l-istruzzjonijiet. Ir-riċetti tiegħek jistgħu jkunu ħoxnin wisq
(żid il-likwidu), setgħu damu ħafna jiġu pproċessati f'setting ta' veloċità
baxx wisq (ipprova programm ieħor ta' pre-set blending, jekk ikun
disponibbli), jew ikun fihom materjal eċċessiv. Jekk il-mutur jidher li qed
jisħon iżżejjed, iżda t-thermal protector ikun għadu ma tefiex il-magna,
waqqaf il-magna u neħħi l-kontenitur minn fuq il-bażi.
Għall-blenders BarBoss u Drink Machine Timer: Issettja t-timer għal
20 sekonda. Ixgħel il-magna (ON) u ħalliha taħdem għal 20 sekonda.
Irrepeti dan il-pass għal 3 darbiet għal total ta' 1 minuta. Oqgħod attent/a
li qatt ma tmiss xi partijiet li jkunu jiċċaqilqu x'ħin tkun qed tużah.
Għat-Two-Speed jew Variable Speed Drink Machines, Vita-Pro
u Vita-Prep blenders: Issettja d-dial fuq HIGH (#10). Ixgħel il-magna
u ħalliha taħdem għal 1 minuta. Oqgħod attent/a li qatt ma tmiss xi parti
li tkun tiċċaqlaq x'ħin tkun qed tużaha.
Kellem lil Vita-Mix
®
Technical Support jew lid-distributur lokali tiegħek ta'
Vita-Mix għal għajnuna addizzjonali jekk ikun meħtieġ.
STRUZZJONIJIET ĠENERALI